Titħabbar il-mewt ta’ Neriku Zammit
Illum tħabbret il-mewt ta’ Neriku Zammit, il-fundatur tal-kumpanija Neriku Catering, fl-età ta’ 84 sena. Neriku kien fetaħ il-kumpanija flimkien ma martu fl-1969.
Huwa kien magħruf għall-passjoni li kellu għall-ikel, u fi żmien qasir sar rinomat għall-ikel ġenwin tiegħu.
Huwa jibqa’ mfakkar ukoll bħala l-ewwel negozjant li kien investa f’magna kummerċjali li tipproduċi r-ravjul, u kien nieda sistema għall-produzzjoni, l-ippakkeġġjar u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel iffriżati madwar il-gżejjer Maltin.
Eventwalment huwa kompla jkabbar in0-negozju anke għal outside catering.