Tilfet lil ommha u lil missierha bil-Covid-19 f’minuta u nofs

Minn Victor Vella

Li l-Covid19 qed iħalli soffernzi u weġgħat kbar fost qraba ta’ pazjenti li jmutu llum hu fatt.  Pazjenti jmutu waħidhom jew isellmu għal aħħar darba lil xulxin minn fuq il-mowbajl jew b’teknoloġija oħra. Għal parti l-kbira tal-qraba hi iebsa ħafna li f’dawk l-aħħar mumenti ma jkunux ħdejn l-għeżież tagħhom. Il-Covidċ9 ma laqtitx lil kulħadd l-istess. Kien hemm min laqtitu aktar minn oħrajn. Ħaditilhom il-ġenituri it-tnejn f’temp qasir. Waħda minn dawn li għaddiet minn din l-esprjenza trawmatika hi Sher Johnson. Tilfet lil ommha u l-missieha f’temp ta’ minuta u nofs. Hi kienet ukoll marida magħhom u rnexxielha tirranġa biex ikunu ħdejn xulxin. Kienet hi ukoll li rat li fl-aħħar mumenti, ommha u missierha iżommu idejn xulxin.

Wara ftit jiem li mietu, Cher tagħżel li titkellem fuq din l-esperjenza. “Tlift kollox meta mietu. Kollox ġie affettwat”, tisħaq Cher. “Mhux faċli titlef il-ġenituri f’temp ta’ minuta u nofs u f’Jum il-Milied. Jien kont infettata ukoll u kont l-isptar. Irranġajt biex ikunu ħdejn xulxin. Ħallewni niffilmja meta huma taw l-aħħar tislima lil xulxin. Meta ħarġet l-ordni ta’ ‘Do not resuscitate”, lili ħaduni ħdejhom. Iffilmjajthom. Għedtilhom li dan se jkun l-aħħar rigal tiegħi tal-Milied. Ir-rigal kien dak li se jkunu ħdejn xulxin f’dan il-mument iebes.”

Cher tkompli tgħid li “l-infermiera għamlet imħadda u huma żammew id xulxin. Ftit ħin wara ommi mietet. Minuta u nofs wara miet missieri.”

“Jien dawn dejjem magħhom. Kollox flimkien konna nagħmlu.  Kienu joqogħdu faċċata tiegħi. Filgħodu konna nieħdu l-kolazzjon u l-kafe flimkien.  Konna qed nirranġaw id-dar tagħhom. Jien l-uniku wild tagħhom. Inħossni li ma nistax ninfired minnhom. Il-mewt tagħom affettwatni wisq. Qiegħda inbati minn ansjetà kbira u qed nieħu l-mediċini għad-dipressjoni” tgħid Cher.

“Qed inħoss ħafna in-nuqqas tagħom. Naf li l-ħajja trid tkompli.  Nixtieq li nerġa’ lura għax-xogħol. Ir-raġel irritorna lura għax-xogħol. Jien irritornajt lura lejn dari mill-isptar. Nispiċċa ngħaddi ammont ta’ ħin waħdi. Nibki, Nibda nistaqsi lili nnifsi jekk stajtx għamilt aktar għalihom. Jien pesuna pożittiva imma qed niġġieled ħafna biex nirritorna lura għal-ħajja li kont”, tirrakkontalna Cher li tgħix f’Missouri l-Istati Uniti.

Share With: