“Tiksrux ir-regolamenti… qarib wieħed ħdejn kull pazjent għal siegħa”

Jgħid dan uffiċjal tas-sigurtà fl-Isptar Mater Dei

Minkejja li pajjiżna għadu għaddej jissielet mal-pandemija fejn fl-aħħar jiem rajna rekord ta’ każi, qed ikun hemm sitwazzjoni fejn fl-isptar Mater Dei spiss qed ikollhom jissejjħu uffiċjali tas-sigurtà biex jinżammu r-regoli eżistenti fosthom li jkun hemm biss pazjent wieħed ma’ kull resident u li dan jagħmel siegħa u ma jibdilx ma’ ħaddieħor. Biss qed ikun hemm spiss il-każi fejn ħdejn pazjenti jkun hemm aktar minn viżitatur wieħed u dwar dan ikollhom jiġbu l-attenzjoni l-uffiċjali tas-sigurtà.

Uffiċjal tas-Sigurtà li taħdem fl-isptar Mater Dei, meta tkellmet ma’ dan is-sit qaltilna li “nixtieq nagħmel messaġġ. Nifhem lil kull mingħandu xi qarib fl-isptar. Nifhem l-emozzjoni. Biss suppost jidħol viżitatur wieħed ħdejn kull pazjent għal siegħa u ma jinbidlux. Spiss l-infermieri jċemplulna biex niġu niċċekkjaw għax ikun hemm iktar minn viżitatur wieħed fejn sodda ta’ pazjent jew jinbidlu. Ma jistgħux jinbidlu jiġifieri toħroġ l-omm u jidħol it-tifel. Il-ħin taż-żjara hu mill-5pm sa 6pm. Nappella żommu mar-regoli ghax dawn saru għall-ġid tal-istess pazjenti.”

Share With: