Tiġi ffurmata l-għaqda Din l-Art Ħelwa Mellieħa

Il-grupp For Better Environment ingħaqad ma’ Din l-Art Ħelwa biex tiġi ffurmata l-għaqda Din l-Art Ħelwa Mellieħa. Ħabbar dan is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella fejn esprima s-sodisfazzjon tiegħu li bħala kunsill dejjem ta l-appoġġ kollu meħtieġ biex l-ambjent tal-lokalità dejjem ikun prijorità.

Huwa tenna li għal din l-attività saret attività ta’ tħawwil ta’ siġar fil-Park tal-Majjistral. F’messaġġ fuq il-midja soċjali huwa temm billi rringrazzja lil dawk kollha involuti.

Share With: