Studju ta’ POLITICO jpoġġi l-Università ta’ Malta fost l-aqwa 10 universitajiet li fihom studjaw uffiċjali tal-UE

L-Università ta’ Malta hija fost l-aqwa 10 Universitajiet li fihom studjaw uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel ma’ ngħaqdu f’istituzzjonijiet u entitajiet tal-blokk Ewropew.

Dan joħroġ minn studju li sar mis-sit POLITICO Europe.

Mill-kampjun meħud għall-istudju jirriżulta li n-numru ta’ uffiċjali Ewropej li attendew l-Università ta’ Malta għall-edukazzjoni tagħhom kien jammonta għal 1.8%. Dan ipoġġi lill-Università fis-disa’ post fost l-aqwa 25 universitajiet.

Dan ir-riżultat għandu jittieħed fil-kuntest li Malta hija l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ popolazzjoni u ngħaqdet fl-Unjoni Ewropea fl-2004 flimkien ma’ disa’ pajjiżi oħrajn.

Share With: