Studju jindikaw li madwar nofs il-popolazzjoni tal-Afrika t’Isfel irriżultat pożittiva għall-Covid-19

Madwar nofs il-popolazzjoni tal-Afrika t’Isfel hija maħsuba li kellha l-Covid-19. Dan jirriżulta minn studji li saru li jissuġġerixxu li l-virus ħalla għexieren ta’ eluf aktar ta’ vittmi mill-istatistika uffiċjali.

L-Afrika t’Isfel, l-aktar pajjiż li ntlaqat mill-virus fil-kontinent Afrikan, irreġistrat aktar minn 140,000 imwiet naturali aktar minn Mejju tal-2020. Il-kumpanija medika Discovery qed tistma li madwr 90% ta’ dawn il-każi ta’ mwiet huma attribwiti mal-Covid-19, bin-numru reali tal-vittmi kaġun tal-Covid-19 jaqbeż il-120,000.

Uffiċjalment l-Afrika t’Isfel irreġistrat kważi 1.5 miljun każi ta’ pożittività għall-Covid-19, bi ftit inqas minn 48,500 każ ikunu fatali.

Madankollu statisti jemmnu li ċ-ċifri huma wisq baxxi.

Studju li kien ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet ibbażat fuq kważi 5,000 kampjun tad-demm sab li bejn 32% u 63% tal-kampjuni jindikaw li l-persuna kienet irriżultat pożittiva għall-Covid-19. Dan b’paragun mar-rata ta’ bejn 2% u 3% tal-każi konfermati klinikament.

Share With: