Sottomessi pjani għal torri ieħor f’Paceville

Pjani għal torri ieħor f’Paceville ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar. It-torri, li se jkun għoli 33 sular, se jkun qed jokkupa żona ta’ 1,100 metru kwadru minn sit li tlaħħaq it-3,400 metru kwadru. Il-proġett se jkun jikkonsisti wkoll minn plaza li tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

It-torri se jkun qed jinkludi appartamenti, ċentru ta’ negozju, u spazji allokati għall-ħwienet u ristoranti b’dawn jikkumplimentaw il-plaza pubblika.

Il-kumpanija wara l-proġett qalet li d-disinn tat-torri huwa b’tali mod biex inaqqas id-dellijiet li jkun qed jitfa’.

Huma qalu li l-proġett se jkun qed jagħmel użu mill-aħħar teknoloġija biex tkun assigurata s-sostenibbiltà ambjentali u l-għan huwa li l-proġett jingħata ċ-ċertifikazzjoni LEED li huwa rikonoxxut fuq livell globali.

PX Lettings qalet li l-binja se tkun ispirata mill-arkitettura rinaxximentali Maltija.

Share With: