Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident fl-Iklin

Raġel indarab gravi wara li Ilbieraħ, għal xi 8:20 p.m, kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Wied, l-Iklin.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 33 sena li jgħix San Pawl il-Baħar li kien qed isuq mutur Piaggio tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: