Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Birkirkara

Raġel kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tas-2:10 p.m fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 63 sena kien tilef il-kontroll tal-mutur Honda u ħabat ġo vettura Opel Corsa li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 39 sena li tgħix in-Naxxar.

Tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Share With: