Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Gudja, u mutur Yamaha Crypton R, misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq.

Fuq il-mutur, kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 17-il sena residenti ż-Żurrieq. 

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: