Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.40 a.m. fi Triq D’Argens f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel li kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha tilef il-kontroll u waqa’ bil-konsegwenza li weġġa’ rasu ma’ vettura tat-tip Nissan li kienet misjuqa minn raġel Eġizzjan ta’ 37 sena li jgħix il-Gżira.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar għall-kura meħtieġa. Aktar tard kien iċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid may Grima li ħatret inkjesta.

Share With: