Servizzi Bankarji għall-Enerġija Ekoloġika

Il-finanzjament ta’ investimenti ekoloġiċi huwa parti integrali minn qabża lejn ġejjieni aktar sostenibbli. Huwa mezz ta’ finanzjament soċjalment responsabbli biex jappoġġja t-tranżizzjoni mid-dipendenza fuq il-karbonju għal alternattivi aktar sostenibbli.

Il-BOV Personal Energy Loan, li tnediet riċentement, ġiet diskussa waqt webinar organizzat mill-Bank of Valletta u l-Malta Chamber għas-settur tan-negozju tal-enerġija nadifa.

“Il-klijenti personali issa għandhom soluzzjoni biex jiffinanzjaw investimenti favur l-ambjent permezz ta’ effiċjenza fl-enerġija u prodotti ta’ enerġija rinnovabbli,” stqarr Alan Micallef, Kap tal-Consumer Finance fi ħdan il-Bank of Valletta. Huwa enfasizza li huwa mistenni li aktar konsumaturi jkunu interessati fi prodotti ekoloġiċi hekk kif is-sostenibbiltà ssir aktar aktar familjari fis-soċjetà Maltija, u li l-offerta ta’ finanzjament bankarju bi prezz baxx huwa mod wieħed kif tiġi instigata d-domanda. “Minħabba termini ta’ self aħjar u rati ta’ imgħax baxxi, il-valur ta’ prodotti bħal dawn huwa mistenni li jiżdied,” kompla s-Sur Micallef.

Il-BOV Personal Energy Loan hija soluzzjoni finanzjarja bi prezz baxx imfassla biex tiffinanzja investimenti li jgħinu biex tieħu ħsieb l-ambjent. B’ self massimu li jlaħħaq il- €50,000, jista’ jinfirex fuq 15-il sena u jiġi b’diversi benefiċċji bħal rata varjabbli ta’ imgħax baxxa u sussidju fuq ir-rata tal-imgħax għall-ewwel 3 snin. Barra minn hekk, il-konsumaturi mhumiex meħtieġa jipprovdu l-ebda kontribuzzjoni jew kollateral. Is-self jista’ jkopri spejjeż ta’ installazzjoni u konnettività esterna ta’ tagħmir li jiġġenera enerġija rinnovabbli u jsostni enerġija effiċjenti enerġetika bħal pannelli fotovoltaiċi, kolletturi solari tal-ilma u tisħin ta’ spazju, kif ukoll bosta miżuri inklużi insulazzjoni, charging stations ta’ veikoli elettriċi u sistemi ta’ tkessiħ.

Klijenti interessati li jinvestu f’għażliet aktar sostenibbli jistgħu jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom tal-BOV, permezz ta’ https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, billi jċemplu fuq (+356) 2131 2020 jew billi jibagħtu email fuq info@bov.com.

Aktar dettalji u informazzjoni jistgħu jinstabu fuq https://www.bov.com/products/bov-personal-energy-loan

Share With: