Seba’ persuni jmutu wara li ġġarraf ajruplan Niġerjan

Skont uffiċjali, seba’ persuni mietu wara li ajruplan tal-militar Niġerjan iġġarraf ftit distanza bogħod minn ‘runway’ fil-kapital Abuja.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet, jidher li l-ajruplan Niġerjan żviluppa ħsara fil-magna. L-ajruplan kien fi triqtu lejn Minna; fit-tramuntana tal-istat ta’ Niger, sabiex jippruvaw isalvaw 42 persuna li kienu rappurtati li nħatfu. F’numru ta’ Tweets l-awtoritajiet appellaw biex tinżamm il-kalma sakemm ikun hemm aktar żviluppi.

Intant kelliem għall-Forzi tal-Ajru Air Vice Marshal Ibikunle Daramola ħabbar li dawk kollha abbord kienu mietu. Hu żied jgħid li l-ajruplan kien f’missjoni sabiex isalva grupp ta’ studenti u staff li nħatfu minn istituzzjoni edukattiva f’Kagara.

Share With: