Sal-aħħar ta’ Marzu l-pjan tal-Airmalta lill-Kummissjoni Ewropea

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana iddikjara fil-Parlament li sal-aħħar ta’ Marzu li ġej l-Airmalta se tippreżenta l-pjan tagħha lill-Kummissjoni Ewropea biex tkun tista’ tagħmel it-talba għall-għajnuna statali.

Huwa qal dan fil-Parlament għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Joseph Ellis li xtaq ikun jaf in-numru ta’ impjegati tal-linja tal-ajru fil-livell ta’ fuq u tan-nofs f’dak li huma karigi maniġerjali u s-salarji tagħhom.

Waqt li għamilha ċara li l-informazzjoni relatata mal-ispiża tal-ħaddiema tiġi ippubblikata fir-rapport annwali li toħroġ il-kumpanija, Caruana irrefera għall-pjan tal-Airmalta li se tippreżenta fi Brussel u semma li fih se jiġu spejgati r-riform li se jsiru biuex il-piż finanzjarju tal-kumpanija, u dawk tas-sussidjarji tagħha, ikun wieħed sostenibbli.

Huwa żied li meta is-sottomissjoni tat-talba tkun tista’ issir lill-Kummissjoni Ewropea huwa jkun f’pożizzjoni li jispjega fid-dettalji din it-talba.

Share With: