Repubblika titlob għar-riżenja ta’ Rosianne Cutajar

L-NGO Repubblika sejħet għar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar mill-Kabinett u mill-Parlament, abbażi tal-allegazzjonijiet fil-konfront tagħha.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat kienu ppubblikati allegazzjonijiet li Cutajar kellha kuntatt ma’ Yorgen Fenech, li qed ikun akkużat li kien il-mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, b’Repubblika tgħid li dan huwa inaċċettabbli u inkompatibbli mar-rwol tagħha bħala membru tal-Kabinett.

Madankollu Cutajar dejjem ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħha.

Repubblika żiedet tgħid li jekk Cutajar ma tirriżenjax minn jeddha allura l-Prim Ministru u l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia għandhom jieħdu azzjoni biex titneħħa.

Share With: