Reklam b’koppja gay joħloq kontroversja

Id-deċiżjoni tal-kumpanija Top Choice li fuq il-paġna tagħha tal-Facebook tuża koppja gay f’reklam għal Jum San Valentinu ġabet magħha kontroversja hekk kif ħafna laqgħu din l-idea imma oħrajn ikkritikawha.

Il-battibekki mhux biss kienu bejn dawk li qablu mar-reklam u dawk li le imma anke bejn numru ta’ barranin li ikkummentaw kontrih u Maltin li dejjaqhom dan il-fatt.

Fil-fatt kien hemm Maltin li irrimarkaw dwar dan il-fatt, u kien hemm min attribwixxa din il-mentalità lil barranin li ġejjin mil-Lvant tal-Ewropa, waqt li kien minn b’mod ironiku stedinhom jirritornaw lura arthom.

Kien hemm esprima l-ħsibijiet tiegħu bl-emojis (uċuħ) biex juri li kien diżgustat bir-reklam waqt li oħrajn tellgħu l-bandiera bil-kuluri tal-qawsalla sinonima mal-komunità LGBTIQ.

Kien hemm wieħed li mhux talli faħħar l-użu ta’ dan ir-ritratt imma ħeġġeġ ukoll lill-kumpanija tuża ritratt ta’ koppja lesbjana waqt li ħafna oħrajn qablu li intenzjonata jew le l-kumpanija għamlet użu tajjeb tal-‘marketing’.

Share With: