Raġel mill-Gambja arrestat wara sejba ta’ droga fil-Gżira

Raġel ta’ 28 sena mill-Gambja qiegħed jinżamm arrestat wara li nstabet droga suspettata ħaxixa tal-Kannabis fir-residenza tiegħu fil-Gżira.

Dalgħodu għall-ħabta tat-8:00 a.m, waqt li uffiċjali tal-Immigrazzjoni u pulizija mir- Rapid Intervention Unit kienu qegħdin jagħmlu spezzjonijiet fil-Ħamrun, waqqfu żewġt irġiel li rriżulta li ma kellhomx dokumenti ta’ identifikazzjoni fuqhom. Għalhekk l-uffiċjali akkumpanjaw lill-irġiel fir-residenzi rispettivi tagħhom sabiex jikkonfermaw l-identità mad-dokumenti tagħhom.

Fl-appartment tar-raġel ta’ 28 sena, il-pulizija nnutat xi oġġetti li allegatament jintużaw fl-użu u l-bejgħ tad-droga u għalhekk saret tfittxija, li rriżultat fis-sejba ta’ droga suspettata ħaxixa tal-Kannabis, bi ftit mid-droga lesta f’boroż żgħar, allegatament lesti biex jinbiegħu.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-Lock up tal-Pulizija l-Floriana, filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejin mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Share With: