Raġel iweġġa’ gravi wara li jċedi scaffolding bih

Illum, għall-ħabta ta’ 12:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li raġel kien għadu kemm  sofra xi ġrieħi fi Triq il-Lbiċ, il-Birgu.  

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 41 sena u residenti l-Fgura, weġġa’ wara li ċeda scaffolding bih waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.  

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, waqt li ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat  li weġġa’ gravi.  

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Share With: