QATAR: Sa mill-2010 mietu 6,500 ħaddiem tal-kostruzzjoni waqt il-bini tal-grawnds għat-Tazza tad-Dinja 2022

Il-logħba tal-ballun, toffri ħafna emozzjonijiet differenti u fil-ħafna każi tgħaqqad pajjiżi sħaħ flimkien, speċjalment meta tkun ospitata l-famuża Tazza tad-Dinja. Minkejja statistika li kienet ippubblikata riċentament li qed tkun irrapportata fil-midja internazzjonali żgur li tnissel dieqa fost id-dilettanti tal-futbol u tal-isports inġenerali.

Hekk kif il-Qatar qed jipprepara biex jospita t-Tazza tad-Dinja 2022, fl-aħħar 11-il sena mietu xejn anqas minn 6,500 ħaddiem tal-kostruzzjoni li qegħdin jibnu l-grawnds minħabba nuqqas ta’ regolazzjonijiet ta’ saħħa u minħabba l-għaġla biex il-grawnds ikunu lesti fil-ħin.

Din l-istatistika turi li minn mindu l-Qatar ingħata r-responsabbiltà biex jospita t-Tazza tad-Dinja mietu medja ta’ 12-il ħaddiem kull ġimgħa.

Share With: