Protesti fir-Rumanija wara li fi tliet xhur ħadu n-nar tliet sptarijiet

Mijiet ta’ persuni ġewwa r-Rumanija ħarġu jipprotestaw quddiem il-bini tal-ministeru tas-saħħa wara każ ta’ nirien li żvolġew f’wieħed mill-isptarijiet ewlenin li jintuża għall-kura tal-pazjenti bil-Covid-19. 

Il-każ kien seħħ nhar il- Ġimgħa li għaddiet u fih tilfu ħajjithom minn tal-inqas ħames persuni filwaqt li iktar minn 100 persuna kellhom jiġu evakwati. Dan l-isptar jinsab fil-qalba tal-kapitali 

Bucharest. Il-protesti, li kienu organizzati mill-partit Alleanza għall-Unità għar-Rumeni, urew id-diżapprovazzjoni tagħhom għal dak li qiegħed jiġi hekk kif dan kien it-tielet każ ta’ nirien fi sptarijiet fi tliet xhur. 

Il-mexxej tal-partit imsemmija iktar kmieni qal li l-poplu tar-Rumanija ilu 31 sena jħallas it-taxxi u għadu ma ħa xejn lura hekk kif f’dawn is-snin kollha lanqas inbena sptar wieħed. Huwa 

qal li dawn il-flus “ġew misruqin mis-sistema tas-saħħa tal-pajjiż.” Il-grupp Alleanza għall-Unità tar-Rumeni huwa partit politiku lemini li twaqqaf ftit iktar minn sena ilu minn persuni li jopponu ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Dawn għandhom l-appoġġ tal-kleriċi Ortodossi li f’dan il-perjodu ta’ pandemija kien hemm drabi fejn marru kontra r-restrizzjonijiet u organizzaw ċerimonji reliġjużi. 

Share With: