Proposta biex Triq f’Santa Venera tissemma’ għal Miriam Pace

Il-Minority Leader Nazzjonalista f’Santa Venera Darren Carabott ħabbar li għadu kif ressaq proposta biex it-triq il-ġdida li saret f’Santa Venera tissemma’ ‘Triq Miriam Pace’.

Carabott spjega li din it-triq li nfetħet ftit tax-xhur ilu, tinsab madwar 200 metru ‘l bogħod minn fejn seħħet it-traġedja li ħasdet pajjiżna sena ilu. Huwa żied jgħid li minħabba li din it-triq għadha bla isem, tkellem u tlabt il-permess mingħand il-familja Pace biex iressaq din il-proposta.

Huwa għamilha ċara li din għadha biss proposta, u li issa jonqos li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera jirrakkomanda din il-proposta lill-Kumitat konċernat.

Share With: