Persuna oħra arrestata b’rabta ma’ romance fraud

B’referenza għall-Istqarrija maħruġa mill-Pulizija fl-aħħar jiem; Ħames persuni arrestati b’rabta ma’ allegat frodi magħruf bħala ‘romance fraud’ maħruġa fit-8 ta’ Frar 2021, il-Pulizija mistennija tressaq persuna oħra b’rabta mal-istess każ.

Il-persuna kienet identifikata minn aktar investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija tad- Distrett u dawk mis-Sezzjoni ta’ Kontra ir-Reati Ekonomiċi.

Ir-raġel, li huwa min-Niġerja, mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tas-1:30 p.m quddiem il Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.

AQRA WKOLL:

Anzjana tallega li ngidmet €58,000 wara relazzjoni virtwali
Share With: