NGOs imħassbin dwar il-vijabbiltà tal-Proġett tal-Wied tal-Imsida

Il-Proġett tal-Wied tal-Imsida, li se jsir b’investiment ta’a €16.4 miljun u se jinkludi l-bini ta’ żewġ flyovers, qanqal tħassib minn grupp ta’ NGOs dwar il-vijabbiltà fit-tul tiegħu.

Il-proġett kien tħabbar fl-2019, u kien jipproponi l-bini ta’ żewġ flyovers ta’ 175 metru minflok traffic light junction li tgħaqqad lil Triq Marina, Triq il-Wied tal-Imsida u Triq Mikien Anton Vassalli. Din il-junction hija fost l-aktar li tara traffiku fil-pajjiż, b’aktar minn 4,500 vettura jgħaddu minnha fis-siegħa.

Infrastructure Malta kienet qalet li l-għan tal-flyovers huwa li t-toroq isiru aktar siguri u aktar effiċjenti.

Madankollu grupp ta’ NGOs li jikkonsisti minn ROTA, Din l-Art Ħelwa, Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Moviment Graffitti, Nature Trust u Friends of the Earth Malta qalu li l-proġett se jkun qed iġiegħel lil persuni li jkunu għaddejjin bil-mixi u lil ċiklisti biex jagħmlu użu minn lifts biex ikunu jistgħu jaqsmu minn naħa għal oħra. Huma żiedu jgħidu li minflok jinbidel f’parkeġġ griż moħbi taħt il-flyovers, il-proġett jista’ jiżviluppa l-waterfront tal-Imsida, u permezz tal-iżvilupp ta’ passaġġ jgħaqqad il-ġnien tal-Gżira mal-ġnien tal-Floriana u l-valletta Waterfront bi strutturi għall-mixi u ċ-ċiklisti.

Share With: