Moody’s jagħtu rating pożittiv lill-governanza f’pajjiżna

F’rapport ta’ analiżi fuq pajjiżna, l-esperti tal-aġenzija Moody’s taw rating pożittiv lill-governanza f’pajjiżna. Skont din l-aġenzija, “on the whole, the country benefits from a strong institutional environment”, tant li riskji ambjentali u soċjali li hu espost għalihom pajjiżna, skont Moody’s, huma “balanced by a very strong governance profile”.

Ir-rapport tal-Moody’s jinnota li r-rating tajjeb mogħti lill-pajjiżna jirrifletti tliet fatturi prinċipali. L-ewwelnett pajjiżna għandu “track record of strong economic growth”. Barra minn hekk, il-familji f’pajjiżna għandhom “elevated wealth levels” li jagħmluna reżiljenti għall-xokkijiet ekonomiċi. Finalment, il-piż tad-dejn nazzjonali huwa moderat u hemm likwidità biżżejjed biex il-bżonnijiet finanzjarji tal-Gvern ikunu moqdija.

Huwa għalhekk li l-esperti ta’ din l-aġenzija jsostnu li “Malta’s economy will be able to recover without significant lasting scars and that its public finances will be brought under control following the pandemic”. Ir-rapport jesprimi kunfidenza wkoll li l-Gvern ser ikompli jagħmel il-bidliet neċessarji ħalli jsaħħaħ aktar l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Is-suċċess ta’ dawn ir-riformi skont ir-rapport “would also be supportive of an upgrade of the rating”.

Ir-rapport ta’ Moody’s jinnota wkoll kif  pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ vaċċinazzjonijiet ras għal ras fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, aktar mid-doppju tal-medja Ewropea. Barra minn hekk, jirrimarka kif ir-rata ta’ infezzjonijiet naqset wara l-implimentazzjonijiet ta’ miżuri ġodda.

Il-Gvern jilqa’ l-analiżi pożittiva tal-esperti ta’ din l-aġenzija filwaqt li jsostni li fix-xhur li ġejjin ser tkompli l-ħidma biex ir-reżiljenza ekonomika ta’ pajjiżna tkompli tisaħħaħ filwaqt li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jkomplu jiġu mtejjba aktar.

Share With: