Min se jagħti kas il-karba ta’ residenti ta’ djar antiki fir-Rabat mibnija fuq għar?

Għadd ta’ residenti li joqogħdu f’residenzi li jinsabu eżattament maġenb il-foss l-antik tal-Imdina – bejn iż-żuntier tal-Knisja ta’ San Pawl u l-Knisja ta’ San Franġisk qed jistaqsu meta l-awtoritajiet se jaraw li jipproteġu ir-residenżi tagħhom. Dan għaliex ir-residenzi tagħhom jinsabu fuq mibnija fuq għar kbir, f’żona li fiha kienu saru tentattivi biex titwaqqa binja u ttkun żviluppata.

Residenti li tkellmu magħna qalulna li “kif il-kunsill lokali kien ipproteġa żona oħra ftit żmien ilu meta qamet kwistjoni fuq binja, aħna ukoll tlabna biex iż-żona tkun proteta. Sar ħafna xogħol imma jidher li hemm xi ħaġa li qed iżżomm milli l-affarijiet jimxu ‘l quddiem. Nixtiequ li l-kunsill lokali tar-Raba jispjega eżatamentt x’qed iżomm milli id-djar tagħna ikun protettti”.

L-istess residenti qalulna li “irridu ngħidu li ftit ilu, f’dar li ttinsab eżattament biswit dan il-boss u li minnha hemm aċċess għal foss, saret ħidma. fejn inqata’ għadd ta’ qasab. Il-mistoqsija tagħna hi għaliex sar dan? Ma’ nistgħux ma nistaqsux jekk hux qed tinħema xi ħaġa.

Ta’ min jgħid li dawn ir-residenti kienu ilhom għal  xhur sħaħ f’battalja kontinwa b’oġġezzjonijiet kontra l-iżvilupp propost. Ta’ min jgħid li l-foss l-antik Ruman hu mħares permezz ta’ skedar.

IT-TORĊA tkellmet ma’ dawn ir-residenti, li jenfasizzaw li  “djarna huma mibnija fuq pedamenti taflin u mperrċin fuq għar li hu 16-il metru twil bi spazju vojt kbir taħtna. Nistgħu aħna xi darba nserrħu rasna li mhu se jiġrilna xejn jekk xi isir xi żvilupp fiż-żona? Dan l-għar konna semmejnieh bħala oġġezzjoni mill-bidu nett ta’ każ li kien hawn. Minkejja dan kollu, fl-opinjoni tagħna ħadd ma ħa interess jew responsabbiltà tiegħu bħala oġġett li jagħmel lil djarna tant vulnerabbli. Dan hu periklu li mhumiex iqisu u naħsbu li lanqas iridu jafu jew jisimgħu bih.”

Itennu li “sar studju ġeoloġiku minn żviluppatur fejn il-perit tagħna b’mod bil-għaqal juri li dan mhu studju ġeoloġiku xejn iżda mimli biss b’dak li jassumu u xejn fatti konkreti jew xi forma ta’ investigazzjoni. L-għerien li jidhru f’dan l-imsejjaħ studju ġeoloġiku huma kollha taħt id-djar ta’ Triq Sant Antnin, in-naħa l-oħra tal-foss Ruman. Sadanittant qal li jeżisti għar taħt id-dar proposta biex titwaqqa’ u qal li se jidħol ’il ġewwa biex ma jibnix fuq l-għar. Dan l-iżvilupp qed ipoġġilna ħajjitna fil-periklu. L-aktar ħaġa serja hi li dan l-istudju ġeoloġiku ħadd ma ffirmah.”

“Nittamaw li l-kunsill lokali jieħu azzjoni u jara li djarna ikunu protetti”, qalulna ir-residenti.

Share With: