Mill-inqas 75 priġunier imutu f’irvellijiet f’ħabsijiet fl-Ekwador

Mill-inqas 75 priġunier mietu u bosta oħrajn indarbu fi rvellijiet bejn gruppi kriminali rivali fi tliet ħabsijiet fl-Ekwador. Dan kien ikkonfermat mill-awtoritajiet lokali.

Hekk kif il-qawwiet tas-sigurtà kienu qed jissieltu biex jerġgħu jiksbu kontroll tas-sitwazzjoni, qraba ta’ priġunieri nġabru barra l-ħabs fil-belt ta’ Guayaquil, fejn uffiċjali qalu li kienu nqatlu 21 priġunier.

33 priġunier ieħor inqatlu fil-ħabs ta’ Cuenca fin-Nofsinhar tal-pajjiż, filwaqt li fil-ħabs ta’ Latacunga mietu tmien priġunieri oħrajn.

Daniela Soria, ta’ 29 sena, qalet li l-qraba tal-priġunieri jridu li tingħatalhom lista tal-vittmi.

Qalet li “nafu li l-problemi għadhom m’għaddewx minħabba li hemm ġew kulħadd għandu mobile u żewġi mhux iċempilli”.

Aktar kmieni hija rċeviet messaġġ fuq WhatsApp mingħand żewġha, Ricardo, li fih qal li “se joqtluni, oħroġni minn hawn ġew!” Dan kien l-aħħar messaġġ li hija rċeviet mingħandu.

Il-President tal-Ekwador, Lenin Moreno, fuq Twitter attribwixxa l-irvellijiet lil organizzazzjonijiet kriminali. Huwa żied jgħid li l-awtoritajiet qed jaċixxu biex jieħdu lura l-kontroll tas-sitwazzjoni.

Share With: