Mil-lum jidħlu fis-seħħ miżuri ġodda

Ritratt: Roger Azzopardi

Mil-lum jidħlu fis-seħħ il-miżuri ġodda mħabbrin mill-Prim Ministru fl-aħħar jiem bil-ħsieb li tiġi kkontrollata l-pandemija matul il-perjodu tal-Karnival.

Restoranti għandhom jibqgħu magħluqin bejn il-11.00 p.m. u s-6.00 a.m. bħala parti mill-miżuri biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Ir-restrizzjonijiet se jkunu qed japplikaw għal snackbars u kioks.

Abela ħabbar ukoll miżuri ġodda b’rabta ma’ vjaġġar fuq il-vapur bejn Malta u Għawdex, fejn qal li dawk li se jkunu qed jaqsmu l-fliegu bil-karozza se jkunu qed jintalbu biex jibqgħu fil-vetturi tagħhom.

Se terġa’ tibda tittieħed it-temperatura lil dawk kollha li se jkunu qed jivvjaġġaw bil-vapur bejn il-11 u s-17 ta’ Frar. Se tkun qed tiżdied ukoll il-preżenza tal-pulizija fit-toroq, b’mod partikolari fin-Nadur, ix-Xlendi, Marsalforn u r-Rabat.

Waqt id-diskors tiegħu f’Tas-Sliema lbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela qal li meta wieħed jara kif pajjiżna qiegħed imexxi matul il-jiem tal-pandemija jinduna kemm qegħdin ngħixu f’Ġenna. 

Share With: