Mil-lum il-Pulizija jibdew jitlaqqmu kontra l-Covid-19

ll-Police Officers Union tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li mil-lum ser jibda jinghata l-vaccin ta kontra l-covid lill-Pulizija.

Il-POU fi stqarrija maħruġa qalet li kull membru tal-pulizija se jiġi kuntattjat dirett permezz ta’ email jew telefonata. Intant l-union saħqet dwar l-importanza li kulħadd jirrispetta d-dati mogħtija lilu u jattendi ghal dawn l-appuntamenti.

Il-Pulizija jagħmlu parti minn dak il-grupp li qiegħed jitqies bħala frontliners li mhumiex mediċi u kif xieraq dawn se jkunu qegħdin jingħataw prijorità minħabba s-servizz tagħhom u l-kuntatt fiżiku tagħhom mal-pubbliku.

Share With: