Mil-lenti tal-fotografu – Minkejja l-pandemija d-dilettanti tal-Karnival xorta daħlu lil Għawdex fl-ispirtu tiegħu

In-nies jobdu d-direttivi tad-Dipartiment tas-Saħħa u ma ppopolawx l-akkwati

Ritratti – ROGER AZZOPARDI

Din is-sena, minħabba l-pandemija u l-imxija tal-COVID-19, il-programm annwali u tradizzjonali tal-Karnival sfaxxa. Minkejja dan, kemm fil-Belt Kapitali ta’ Malta l-Belt Valletta, kif ukoll f’Għawdex, id-dilettanti tal-Karnival raw kif għamlu biex ir-renju tal-bluha u l-maskaruni ma jkunx ikkanċellat totalment. Fil-fatt, xorta waħda hemm il-karrijiet esebiti iżda mingħajr ebda parati jew żfin.

Wieħed ta’ min jirrimarka li n-nies obdew id-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa u ma ppopolawx l-akkwati.

Share With: