Mara tispiċċa l-isptar wara ħabta f’Għajnsielem
Mara kellha tittieħed l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem. Il-Pulizija kienet informata bl-inċident fi Triq l-Imġarr għall-ħabta tas-7.00 a.m.
Jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi vettura tat-tip Kia Avella li kienet misjuqa mill-mara, u vettura tat-tip Opel Astra li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti n-Nadur.
Fuq il-post mar tim mediku li ħa lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.