Mara fil-periklu tal-mewt wara li karozza taħbat f’residenza fiż-Żejtun

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 a.m. fi Triq Bormla.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Tarxien kien qed isuq Lamborghini Urus, tilef il-kontroll u ħabat f’residenza. Fil-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 45 sena residenti Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu u kif ukoll tim mediku. Ir-raġel u l-mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud li ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Share With: