Malta fost l-inqas pajjiżi fl-UE b’nies f’riskju tal-faqar

L-aħħar stħarriġ tal-UE dwar in-numru ta’ persuni f’riskju tal-faqar ipoġġi lil Malta ma’ dawk li fl-2019 kellhom fost l-inqas rati.

B’mod ġenerali Malta tinsab fit-tmien post bil-pajjiżi li għandhom rata inqas minn ta’ pajjiżna jkunu r-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, l-Awstrija, l-Iżvezja, is-Slovakkja, il-Finlandja u Franza.

Fir-rigward ta’ riskju ta’ faqar fost ċittadini Maltin l-istatistika tpoġġi lill-pajjiżna mal-lista tal-iktar tmien pajjiżi b’numri baxxi.

Mil-lat ta’ ċittadini oħra tal-UE r-rata ta’ riskju ta’ faqar togħla xi ftit u Malta tinsab fin-nofs.

Iċ-ċifri juru li huma ċittadini minn pajjiżi terzi fl-ikbar riskju ta’ faqar f’pajjiżna għalkem meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra tal-UE Malta għandha l-ħames l-inqas rata.

B’mod ġenerali r-Repubblika Ċeka kellha l-inqas rati ta’ nies f’riskju ta’ faqar, kemm jekk ċittadini lokali u kemm jekk barrnin, bil-Greċja l-ikbar ammont.

Share With: