“Ma tistax tkun taf pajjiż u n-nies tiegħu jekk ma tkunx taf il-lingwa’

Jgħid dan Peter van Diepen, Olandiż li tgħallem u baqa’ jipprattika il-lingwa Maltija

MInn Victor Vella

Mhux xi ħaġa komuni li ssib persuni li mhumiex Maltin li jiddeċiedu li jitgħallmu l-lingwa Maltija. Minkejja dan, hemm diversi barranin li matul is-snin iddeċidew li jitgħallmu l-lingwa Maltija u baqgħu jipprattikawha.

Wieħedminn danw hu Peter van Diepen, Olandiż. Fi kliemu stess, ma tistax tkun taf pajjiż u n-nies tiegħu jekk ma tkunx taf il-lingwa.

Peter van Diepen jitkellem magħna dwar dan u jgħidilna li “kont qed ngħix Malta mis-sena 1987 sas-sena 1993. Waqt dak iż-żmien tgħallimt nikteb u nitkellem bil-Malti. L-esperjenza tiegħi ma’ Malta u l-lingwa Maltija hi li jien kont Malta f’komunità Kattolika internazzjonali imsejħa ICPE. Il-missjsoni tagħna kienet li qsamna ma’ oħrajn  dak li Alla għamel f’ħajjitna u li qsamna dik l-imħabba ta’ Alla ma’ kulħadd.   Mhux f’Malta biss imma ukoll barra.”

Itenni li “għalkemm tkellimna bl-Ingliż bejnietna u ġeneralment ma kienx diffiċli nikkomunikaw mal-Maltin bl-Ingliż, xorta ridt nitgħallem  il-lingwa Maltija. Inħobb il-lingwi, in-nies u l-kulturi u għax għext Malta għa perjodu itwal ta’ żmien, speċjalment il-lingwa, in-nies u l-kultura Maltija. Naħseb li ma tistax tkun  taf pajjiż u n-nies tiegħu jekk ma tkunx taf il-lingwa. Is-sit soċjali Facebook hu l-mod ideali għalija biex inżomm kuntatt ma’ sħabi f’pajjiżkom. U dan nagħmlu regolerment bil-Malti.    Fl-Olanda ma niltaqax ma’ ħafna Maltin, imma xi kultant nitkellem bil-Malti mal-Għarab hawnhekk. Tislijiet mill-Olanda. Jien inħobbkom”, itemm jgħid Peter van Diepen.

Share With: