“Li l-itlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni għadu att kriminali narah kunċett antikwat, li jikkastiga biss lil min hu vulnerabbli”

“Li l-itlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni għadu att kriminali narah kunċett antikwat, li jikkastiga biss lil min hu vulnerabbli, u m’għandux mod ieħor ta’ kif jaħdem.” Hekk saħqet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar f’kumment li għamlet fuq il-midja soċjali b’referenza għal każ tal-Qorti fejn mara ta’ 47 sena li reġgħet inqabdet titlajja għall-prostituzzjoni ġiet ikkundannata 40 jum ħabs wara li l-maġistrat li qatgħet il-kawża irrimarkat li baqgħet ma tridx titgħallem.

Cutajar qalet li tul dawn l-aħħar xhur hija ħadmet, flimkien ma’ numru ta’ għaqdiet, biex inħoloq servizz ta’ appoġġ lil kull min jaħdem fil-qasam, jew jixtieq li joħroq mis-settur. Fl-istess waqt qalet li l-ħidma mhijiex se tkun qed tieqaf hawn.

Dan hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed tippreżenta emendi legali biex il-persuni li jaħdmu f’dan il-qasam isibu serħan fil-liġi u mhux kastig.

Share With: