L-Ungerija ssir l-ewwel pajjiż tal-UE li tagħmel użu mill-vaċċin Ċiniż kontra l-Covid-19

L-Ungerija llum bdiet tagħmel użu mill-vaċċini għal kontra l-Covid-19 prodotti mil-laboratorju Ċiniż Sinopharm, biex għaldaqstant saret l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tagħmel dan.

Il-Prim Ministru viktor Orban f’messaġġ fuq il-midja soċjali qal li “llum bdejna t-tilqim b’batches ta’ vaċċini Ċiniżi”.

L-ungerija xtrat ħames miljun vaċċin minn Sinopharm, biżżejjed biex jitlaqqmu 2.5 miljun persuna minn popolazzjoni ta’ 10 miljun persuna. Il-vaċċin għad irid jiġi approvat mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

L-użu tal-vaċċin qed iseħħ fost l-isforzi tal-Gvern biex jillimita dak li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jiddeskrivu bħala t-tielet mewġa ta’ Covid-19.

Ix-xahar li għadda Orban qal li “jekk il-vaċċini mhumiex qed jiġu minn Brussell, allura jeħtieġ li niksbuhom minn xi mkien ieħor. Wieħed ma jistax iħalli lil persuni jmutu sempliċiment minħabba li Brussell qed jikseb il-vaċċini bil-mod”.

Share With: