L-Uffiċċju Legali tal-BOV jiftaħ mill-ġdid

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti li l-Legal Office li jinsab f’Misraħ San Ġorġ il-Belt Valletta reġa fetaħ. 

Il-Legal Office kien temporanjament magħluq wara li impjegat irriżulta pożittiv għall-COVID-19. Wara li l-Bank ingaġġa speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-uffiċċju, dan ġie kkonfermata sikur sabiex jinfetaħ mill-ġdid. 

Il-Bank jirringrazzja lill-klijenti tiegħu għall-appoġġ tagħhom u jassigurhom mill-impenn tiegħu lejn is-sigurtà u l-benesseri tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu.

Il-Bank of Valletta ifakkar lill-klijenti li meta jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Share With: