L-ogħla rata ta’ każi ġodda fl-aħħar sitt ġimgħat

191 persuna kienu rapportati li fiequ mill-Covid-19, filwaqt li kienu reġistrati 221 każ ġdid mit-3,274 swab test li saru lbieraħ. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 2,500.

Intant mill-istatistika ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa jirriżulta li sal-bieraħ ġew amministrati 66,334 doża tal-vaċċin, b’21,160 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar sigħat miet anzjan ta’ 84 sena waqt li kien qed jirċievi kura fir-residenza ta’ San Vinċenz. Dan ifisser li issa n-numru tal-vittmi tela’ għal 306.

L-aħħar darba li kien hemm aktar minn dan l-ammont ta’ każi ġodda kien fid-9 ta’ Jannar li għadda meta kien hemm 245 każ ġdid reġistrati.

Share With: