L-ogħla numru ta’ każi ġodda fl-aħħar ġimgħa

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati minn 3,207 swab tests li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 199 każ. Fl-istess waqt kien hemm 89 persuna li kienu reġistrati bħala li rkupraw mill-virus. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna tela’ għal 2,425.

Intant minn statistika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa jirriżulta li sal-bieraħ kienu amministrati 55,709 dożi tal-vaċċin, bi 17,843 persuna li jieħdu t-tieni doża.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm anzjan ta’ 74 sena li miet fl-Isptar Mater Dei waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. 

Share With: