L-investiment barranin jiżdied bi €72.4 miljun

Fl-ewwel sitt xhur tal-2020 l-Investiment Dirett Barrani laħaq il-€1.7 biljun, żieda ta’ €72.4 miljun fuq l-istess perjodu tal-2019.

Ċifri maħruġi mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni ammontaw għal 89.4% ta’ dan l-investiment.

Sa Ġunju 2020 l-investiment dirett barrani fil-pajjiż kien jilħaq il-€191.4 biljun, żieda ta’ €8 biljuni fuq dak tal-2019 b’97.7% fl-oqsma finanzjarji u ta’ assikurazzjoni.

Bejn Jannar u Ġunju 2020 l-investiment barra, minn individwi jew entitajiet lokali, kien ta’ €3.2 biljun, €5 miljun aktar fuq l-istess perjodu tal-2019.

L-investiment dirett barra sa Ġunju li għadda kien ta’ €59.2  biljun, €900 miljun inqas mill-2019, b’99.4% fl-oqsma finanzjarji u ta’ assikurazzjoni.

Share With: