“L-ebda pajjiż m’għandu due diligence daqsna fuq il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment” – Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat iddikjara fil-Parlament li “l-ebda pajjiż m’għandu ‘d-due diligence daqssna fuq il-programm ta’ċittadinanza b’investiment.” Hu kien qed jitkellem fid-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar l-immigrazzjoni.

Tenna li kull applikant ma noqogħdux biss fuq ‘intelligence’ li jkollu pajjiżna. L-aktar ħaġa bażika li nagħmlu hu li naċċertaw l-identità tal-applikant. Nibdew naraw u nifhmu l-mestier tiegħu x’inhu. Naraw  li s-CV li qed juri hi kollha minnha.

Spjega li nużaw kumpaniji internazzjonali biex nassiguraw li l-informazzjoni li tana applikant hux veru jew le. Saħaq li dawn ir-rapporti jiswew eluf ta’ liri. 

“Ħafna drabi lanqas noqogħdu fuq rapport wieħed. Fuq individwu ġieli tlabna rapporti minn kumpaniji differenti u imbagħad inqabbluhom. Meta ma jaqblux aħna imbagħad nagħmlu id-domandi tagħna”, saħaq is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.

“Ħadd fl-Ewropa ma jirrifjuta applikazzjonijiet daqsna. Jidhrilna li l-għarbiel tagħna għandu jkun wieħed fin biex noqogħdu attenti għar-reputazzjoni tagħna”, saħaq Alex Muscat.

Share With: