L-awtur ta’ The Simpsons Marc Wilmore jmut wara li ġie infettat bil-Covid-19

Tħabbret il-mewt ta’ Marc Wilmore fl-età ta’ 57 sena. L-awtur ta’ The Simpsons miet wara li ġie infettat bil-Covid-19 waqt li kien qiegħed ibati minn kundizzjonijiet oħra ta’ saħħa. Kien l-istess ħuh Larry Wilmore li kkonferma din l-aħbar ta’ qsim il-qalb permezz ta’ stqarrija mxerrda fuq il-midja soċjali.

Huwa ddeskriva lil ħuh Marc bħala taħlita ta’ raġel ġentlom, ċajtier u b’qalb tajba fl-istess waqt. Huwa żvela wkoll li ħuh kien ilu snin ibati kawża ta’ kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Marc kien ingħaqad mal-istaff involut fis-show The Simpsons fit-13-il staġun tiegħu u fl-2008 kien rebbieħ ta’ Emmy Award bħala producer tal-episodju Eternal Moonshine of the Simpson Mind. Minbarra li kien awtur f’dan ix-show tant rinomat, Marc ħadem ukoll fuq xogħlijiet oħrajn bħalma huma In Living Color, The PJs u F is For Family.

Ma jistax jonqos li wara li tħabbret il-mewt ta’ Marc bosta kienu dawk li sellmu l-memorja tiegħu. Fost dawn kien hemm il-kittieb u kollega tiegħu għal numru ta’ snin Michael Prince li ddeskriva l-esperjenzi tagħhom flimkien bħala privileġġ.

Share With: