L-allegat tixħim ta’ ġurnalist: Id-difiża tgħid li m’hemm l-ebda eidenza kontra Charles Mercieca

Id-Difiża għall-avukat Charles Mercieca qalet li m’hemm l-ebda evidenza fil-konfront tal-avukat f’allegat każ ta’ tixħim ta’ ġurnalist.

Mercieca u Gianluca Caruana Curran, li qed jifformaw parti mit-tim legali li qed jirrappreżenta lil Yorgen Fenech, qed jiġu akkużati bl-allegat tixħim ta’ ġurnalist ta’ Times of Malta.

L-avukat Stephen Tonna Lowell, li qed jidher għal Mercieca, qal li l-akkużi fil-konfront tal-klijent tiegħu għandhom jitwaqqgħu.

Għal Caruana Curran qed tidher l-avukat Giannella de Marco.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mis-Supretendent James Grech u Anthony Xerri qed jixlu lill-akkużati li ppruvaw ixaħħmu lill-ġurnalist Ivan Martin wara li dan tal-aħħar informa lill-Pulizija li kien irrifjuta li jieħu “bejn tnejn u erba’ karti tal-flus ta’ €500” li ngħatawlu minn Caruana Curran fl-aħħar ta’ laqgħa li kellhom.

Iż-żewġ akkużati qed jiċħdu l-akkużi mressqin fil-konfront tagħhom.

Id-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-każ fuq livell prima facie se tkun qed tingħata nhar it-3 ta’ Marzu li ġej.

Share With: