Kważi tlestew it-tiswijiet fis-substation tal-Enemalta fil-Mellieħa wara n-nar tal-bieraħ

Inġiniera u ħaddiema tal-Enemalta ħadmu matul il-lejl u matul il-jum  wara n-nar li zviluppa l-bieraħ filgħaxija f’The Avenue Solana Hotel substation fil-Mellieħa.

Matul il-jum inġiniera u ħaddiema tal-Enemalta zarmaw il-low voltage panel li ġarrab ħsarat biex saru t-tiswijiet meħtieġa.

In-nar li beda ftit wara t-tmienja ta’ filgħaxija ikkawza ħsarat fil-low voltage panel tas-substation izda ma saritx ħsara fit-transformer, fis-switchgear u apparat iehor importanti ghal provvista tal-elettriku.

Il-kawza tan-nar għadha qed tiġi investigata izda jidher li dan kien incident mhux premeditat. Huwa normali li s-substation tkun magħluqa u għaldaqstant in-nar beda meta ma kien hemm ħadd fiha.

Matul il-lejl bdiet mill-ewwel il-ħidma tal-inġiniera u l-ħaddiema tal-Enemalta. L-ewwel billi mil-control room tal-Enemalta fil-Marsa ġiet sospiza l-provvista tal-elettriku lejn din is-substation u ohra  bhala prekawzjoni kemm biex jiġi evitat kull periklu ghal membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll biex ma issir ebda ħsara lin-network tal-Enemalta.

Konsegwenza t’hekk, numru ta’ konsumaturi fil-Mellieha kellhom il-provvista tal-elettriku sospiza għal xi ħin. Il-konsumaturi li kienu imqabda mat-tieni substation fl-istess network li ma ġarbet l-ebda ħsara, kellhom il-provvista li ġiet lura għan-normal fi zmien siegħa.

Il-kumpanija Enemalta ħadet passi immedjati biex permezz ta’ generator terga’ tagħti l-provvista tal-elettriku fl-iqsar ħin possibbli lil konsumaturi li kienu affetwati mill-qtugħ fil-provvista inkluz il-konsumaturi li huma imqabda mas-substation li ġarbet il-ħsara. Aktar tard dawn il-konsumaturi ser ikollhom interruzzjoni qasira fil-provvista sakemm il-provvista tingħata lura direttament mis-substation flok mill-generator.

Share With: