Kważi 15,000 jitlaqqmu biż-żewġ dożi… aktar fejqan minn każi ġodda

Aktar minn 14,739 persuna ħadu żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19, hekk kif sal-bieraħ b’kollox ġew amministrati 48,474 doża. 

Intant matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 154 każ ġdid ta’ Covid-19, wara li ttieħdu 2,639 swab test. Fl-istess waqt kien hemm 206 persuni li kienu rapportati bħala li kienu rkupraw mill-virus, biex in-numru ta’ każi attivi issa jammonta għal 2,344.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul l-aħħar sigħat anzjan ta’ 82 sena u anzjan ta’ 63 sena mietu waqt li kienu rikoverati fl-Isptar  Mater Dei. 

Share With: