Kważi 10,000 jieħdu żewġ dożi kontra l-Covid-19; L-ebda persuna ma tmut kaġun tal-virus

In-numru ta’ persuni li ħadu żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tela’ għal 9,918, wara li sal-bieraħ kienu ġew amministrati 39,257 doża.

Intant in-nurmu ta’ każi attivi niżel għal 2,352 wara li minn 3,266 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 137 każ ġdid. Fl-istess waqt kien hemm 126 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa informa wkoll li matul l-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mwiet kaġun tal-Covid-19.

Share With: