Kuntistabbli jsofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Kuntistabbli ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. L-inċident seħħ fi Triq il-Wied għall-ħabta tat-8.30 a.m.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 32 sena, u mutur tat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija li dak il-ħin kien qed jinstaq mill-kuntistabbli.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Pulizija l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: