Kuċċier iweġġa’ gravi wara li jaqa’ minn fuq is-serkin waqt tiġrija

Kuċċier sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq is-serkin waqt tiġrija fil-Korsa l-Antika tal-Marsa. Il-Pulizija kienu informati mill-awtoritajiet tas-saħħa bl-inċident għall-ħabta tal-4.45 p.m., wara li r-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei isofri xi ġrieħi.

Aktar tard ir-raġel kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: