“Kien hemm min xtara ċ-ċittadinanza u għamel reat wara… ħadnielu ċ-ċittadinanza” – Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat

“Kellna każijiet fejn xi ħadd għamel reat finanzjarju wara li ngħata ċittadinanza Maltija u aħna sirna nafu wara u ħadna azzjoni u tteħditlu ċ-ċittadinanza.  Jien għamiltha din u saret biex nipproteġi ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.”

Dan iddikjarah is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat  fil-Parlament. Saħaq li issa hemm pajjiżi li qed jaraw li għal wara l-pandemija ibaxxu r-rekwiżiti biex dak li jkun jakkwista ċittadinanza b’investiment. Qal li Malta qed timxi bil-kontra għax qed tgħolli  l-istandards għax il-programm ta’ Malta hu serju. Saħaq li dan qed jirrifletti fit-tip ta’ nies li qed jidħlu għaċ-ċittadinanza b’investiment.

Share With: