Kevin Cutajar: “Żgur li l-kumment li għaddew dwari mhux ser jiskoraġġini biex inkompli miexi l’quddiem”

“Żgur li l-kumment li għaddew dwari mhux ser jiskoraġġini biex inkompli miexi l’quddiem u biex inkompli naħdem ħalli min bħali għandu diżabilità ma jibqax jaffaċċja trattamenti stupidi bħal dawn.” Hekk saħaq id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar b’reazzjoni għal kumment fuq il-midja soċjali dwar id-diżabilità tiegħu.

F’kumment fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali Cutajar irringrazzja lil kulħadd għas-solidarjetà li wrew miegħu wara ritratt dispreġjattiv li kien ippubblikat fuq il-grupp “Nidħku b’xulxin” li attakka lil Cutajar bid-diżabilità tiegħu.

Cutajar qal li “nistenna li fl-2021, aħna maturi biżżejjed biex wieħed jikritika l-argument u mhux il-persuna. Hu ċar li min għamel dak il-kumment ma sab xejn x’jikkritika fl-argumenti li nagħmel jien.”

Kemm il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista ppubblikaw stqarrijiet fejn ikkundannaw l-aġir fil-konfront ta’ Cutajar.

Share With: