Karkariża ssofri ġrieħi gravi wara li waqgħet minn għoli

Mara sofriet xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:50 p.m kienet involuta f’inċident li seħħ fi Triq Ħal Gharghur, Birkirkara.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 63 sena li tgħix Birkirkara kienet waqgħet għoli ta’ madwar sular f’residenza vojta.

Mill-ewwel intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri tal- Protezzjoni Ċivili u ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: